Ħarġa Edukattiva u Interattiva fl-Università l-Antika

Nhar it-Tlieta, 13 ta’ Ottubru, il-klassi 8 Emerald kellha esperjenza edukattiva mill-isbaħ u differenti mis-soltu. Din il-ħarġa kienet iddedikata għall-esplorazzzjoni tad-dizzjunarju diġitali (Dizzjunarju.mt)

L-istudenti ħadu sehem f’diversi attivitajiet prattiċi u interattivi li żammewhom iffukati. Huma ħadu sehem bi ħġarhom u wrew entużjażmu għal-logħob relatat mal-ilsien Malti.

Kienet attività ta’ tagħlim u divertiment fejn intwera kemm il-lingwa tagħna tista’ tkun esperjenzata b’ mod modern u ħaj permezz ta’ għodod diġitali tal-lum.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *