Nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Ottubru, l-istudenti tat-8 Sena li jsegwu l-programm Nutrition, Family and Practical Living (NFPL) kellhom l-ewwel lezzjoni prattika tagħhom. Huma ħejjew ftira delizzjuża filwaqt li pprattikaw il-ħiliet tagħhom fit-tqaxxir, il-ħakk, it-tqattigħ f’biċċiet u t-tqattigħ fi flieli. L-istudenti pprattikaw ukoll kif jibqgħu organizzati u jżommu l-post tax-xogħol tagħhom nadif matul l-attività. Fi tmiem il-lezzjoni, ħaslu l-għodda kollha li użaw u reġgħu poġġew kollox f’postu. L-istudenti għamlu biċċa xogħol tassew tajba u ħadu gost ħafna bl-ewwel esperjenza prattika tagħhom!
Nirringrazzjaw lill-edukaturi kollha involuti għad-dedikazzjoni tagħhom u talli għamlu din l-ewwel lezzjoni prattika esperjenza tant sabiħa u edukattiva għall-istudenti tagħna! Grazzi speċjali wkoll lis-Sa Louisa Fenech, għalliema tal-NFPL, talli qasmet magħna dawn il-mumenti sbieħ!![]()
![]()
![]()
On Friday 17th October, Year 8 students following the Nutrition, Family and Practical Living (NFPL) Programme had their first practical session. They prepared a delicious ftira while practicing their peeling, grating, chopping and slicing skills. Students also practiced staying organised and keeping their work areas clean throughout the practical. At the end, they washed up and put all the equipment back in its place. Overall, the students did a great job and really enjoyed their first practical session!
We thank all the educators involved for their dedication and for making this first practical session such an enjoyable and rewarding experience! Our special appreciation also goes to Ms Louisa Fenech, NFPL teacher, for sharing these special moments with us!![]()
![]()
![]()






