Year 11 meets Junior College

Nhar it-Tnejn, 26 ta’ Ottubru, ħames klassijiet tal-11-il Sena attendew sessjoni interessanti u informattiva ferm, immexxija mis-Sa Christabelle mill-Junior College, fis-Sala tal-Iskola tagħna.

Matul din is-sessjoni, l-istudenti ġew introdotti għall-programmi differenti offruti mill-Junior College u ngħataw gwida dwar kif jagħżlu s-suġġetti tagħhom fil-livell A-Level u Intermediate. Kellhom ukoll l-opportunità li jieħdu togħma tal-ħajja studenteska mimlija kuluri, enerġija, attivitajiet u esperjenzi sbieħ li tistennihom fil-Junior College!

L-istudenti ngħataw fuljetti informattivi u prospetti biex ikunu jistgħu jkomplu jesploraw l-għażliet tagħhom. Kellhom ukoll il-ħin jistaqsu diversi mistoqsijiet lis-Sa Christabelle, jiċċaraw id-dubji tagħhom u jsiru jafu aktar dwar l-opportunitajiet li hemm jistennewhom.

Grazzi mill-qalb lis-Sa Christabelle għall-ħin u l-informazzjoni siewja li qasmet mal-istudenti tagħna. Nirringrazzjaw ukoll lill-Guidance Team tagħna għad-dedikazzjoni kontinwa biex jgħinu lill-istudenti tagħna jagħmlu għażliet infurmati dwar il-futur tagħhom. 👏

On Monday, 26th October, five of our Year 11 classes attended a very informative and engaging session delivered by Ms Christabelle from Junior College in our School Hall. During the talk, students were introduced to the different programmes offered at Junior College and received valuable guidance on choosing their A-Level and Intermediate subjects. They also got a glimpse of the colourful, lively and buzzing student life that awaits them at JC!

Students were provided with informative leaflets and prospectuses to explore further and were given the opportunity to ask questions, clarify their doubts and learn more about the exciting possibilities ahead.

A heartfelt thank you to Ms Christabelle for her time and valuable information, and to our entire Guidance Team for their continued dedication in helping our students make informed decisions about their future. 👏

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *