Responsible Living – PTI Achieve

L-istudenti tal-għaxar sena Topaz li jsegwu l-programm PTI Achieve, attendew kors ta’ tmien ġimgħat immexxi miċ-Ċentru tal-HomeEconomics B’Kara, dwar Responsible Living. L-istudenti komplew ikabbru l-għarfien u l-ħiliet tagħhom permezz ta’ attivitajiet hands on. Dawn l-attivatijiet prattiċi, impenjattivi u interessanti huma evidenti f’dawn ir-ritratti. L-istudenti jidhru kollha jipparteċipaw  waqt is-sezzjonijiet. Dan il-programm, minn issa għen lill-istudenti jgħixu ħajja aħjar u responsabbli minn diversi aspetti tal-ħajja bħal :- għażla tajba ta’ ikel bnin, fl-istaġun u lokali, tisjir bil-għaqal, użu ta’ ikel li jibqa’ wara ikla biex ma jinħeliex, immaniġjar ta’ flus u xiri responsabbli, ippjanar ta’ għanijiet u time frames u customer care fost oħrajn.

Proset kbira lill-istudenti kollha tal-impenn tagħhom, b’mod speċjali lil dawk li għamlu ħilithom biex jattendu is-sezzjonijiet kollha u akkwistaw ċertifikat ta’ attendenza. Proset tassew!

F’isem l-istudenti, nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-għalliema kollha ta’ dan iċ-ċentru għall-opportunita’ u għall-impenn tagħhom favur l-istudenti tagħna. Nirringrazzja wkoll lil-LSE’s tal-istudenti Sa Incorvaja, is-Sa Mifsud u s-Sa Tirchette tal-għajnuna, inkoraġġiment u l-koperazzjoni tagħhom. Grazzi wkoll lill-għalliema kollegi mill-iskola tagħna li ħadu ħsieb lill-istudenti waqt dawn it-tmien sezzjonijiet ta’ tliet sigħat il-waħda.  Fl-aħħar u mhux l-anqas nirringrazzja lill-Assistenta Kap tal-għaxar sena, is-Sa Rodiann Zammit u l-Assistenta Kap fl-amministrazzjoni, is-Sa Maria Attard, tal-għajnuna u s-sapport tagħhom.

Is-Sa Rose Grixti
Għalliema tal-PTI Achieve