Year 11 Spiritual Session: Ir-Re Sultan

F’dinja kollha ġenn, storbju, traffiku, għajjat u kunflitti jeżisti wkoll il-kwiet. Jeżistu wkoll mumenti uniċi u speċjali. Eżatt bħal dawk il-mumenti li qsamna flimkien mal-istudenti tal-11-il Sena lbieraħ 13 ta’ Ottubru waqt l-adorazzjoni bl-isem ‘Ir-Re jsir is-Seftur’.

L-istudenti tagħna daħlu f’ora mill-isbaħ hekk kif fis-sala tal-iskola sabu ambjent mhux tas-soltu: effetti tad-dawl, mużika sabiħa fl-isfont, xemgħat mixgħula, seating komdu u riflessjonijiet profondi.

Is-Seftur kien qalb l-istudenti u l-istaff tagħna għax resaq viċin biex kull persuna tesprimi dak kollu li hemm fil-qalb: ansjetà, delużjoni, biża’, dwejjaq, inċertezzi u dubji. Fl-aħħar is-Seftur berikna lkoll bil-ħlewwa tiegħu kollha.

Jalla dan is-sentiment sabiħ ta’ paċi jibqa’ magħna u jiggwidana lejn dik il-kuntentizza li kulħadd jixtieq.

Grazzi speċjali tmur għal Dun Roderick Baldacchino u lid-Dipartiment tar-Reliġjon tagħna li għamlu dan kollu possibbli. ❤️

In a world filled with chaos, noise, traffic, shouting and conflict, there is still room for peace and quiet. There are still unique and special moments. Moments just like those we shared with our Year 11 students yesterday, 13th October, during a special Adoration session entitled ‘The King Becomes the Servant’.

Our students experienced a truly beautiful energy as they entered the School Hall and dis-covered an atmosphere unlike any other: soft lighting effects, beautiful background music, glowing candles, comfortable seating and thought-provoking reflections.

The Servant was present among our students and staff, drawing close to each person and offering them the opportunity to express what they carried in their hearts: anxiety, disappointment, fear, sadness, uncertainties and doubts. At the end of this meaningful experience, the Servant blessed us all with His loving tenderness.

May this beautiful sense of peace remain with us and guide us towards the happiness we all seek.

A heartfelt thank you goes to Fr Roderick Baldacchino and our Religion Department for making this truly special experience possible.❤️

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *