Nhar il-Ħamis 23 ta’ April, il-grupp tal-iStudji Soċjali Option tal-10 Sena u l-Klassi 9 Emerald attendew għal ħarġa edukattiva u interessanti ħafna ġewwa l-Parlament.
Wara li għaddew mis-sigurtà, l-istudenti ngħataw tour tal-binja u raw kollezzjoni ta’ ritratti dwar mumenti importanti fl-istorja politika ta’ Malta: ritratti ta’ mexxejja preċedenti, avvenimenti nazzjonali u l-iżvilupp tad-demokrazija Maltija tul is-snin.
Matul iż-żjara, l-istudenti tgħallmu dwar kif jinkitbu l-liġijiet f’Malta u r-rwol importanti li għandu l-Parlament. Kellhom l-opportunità li jaraw il-kamra tal-Parlament u jisimgħu spjegazzjoni interessanti dwar ix-xogħol tal-Membri Parlamentari.
Grazzi speċjali tmur għas-Sa Ruth Anne Zahra, Kap tad-Dipartiment tal-iStudji Soċjali, li ħadet ħsieb torganizza din il-mawra.
On Thursday 23rd April, our Year 10 Social Studies’ Option group and Year 9 Emerald students attended a very interesting educational outing to the Parliament.
After passing through security, the students were given a tour of the building and viewed a collection of photographs featuring important moments in Malta’s political history: a showcase of past leaders, national events and the development of Maltese democracy over the years.
During the visit, the students learned about how laws are made in Malta and the important role Parliament plays. They had the opportunity to see the Parliament chamber and listen to an interesting explanation about the work of Members of Parliament.
A special thanks goes to Ms Ruth Anne Zahra, Head of Department Social Studies, for organising this great excursion.


