Poeżiji Maltin – Spazju Kreattiv

Matul din il-ġimgħa, id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat għas-Snin Bikrin, Lingwi u Studji Umanistiċi flimkien mal-MCAST u ċ-Ċentru tal-Ilsien Malti qed iniedi materjal awdjoviżiv tal-poeżiji b’rabta mas-sillabu tal-Letteratura tal-Malti ĊES. Fil-21 ta’ April, 2026, żewġ klassijiet tal-10 Sena tagħna kellhom l-opportunità li jaraw dawn il-filmati ġewwa Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta u ħadu sehem f’attività interattiva u diskussjoni dwar il-filmati.

Grazzi lil dawn l-għalliema tal-Malti li ħadu ħsieb jorganizzaw din il-mawra: is-Sur S Ancilleri, is-Sur S. Lughermo u s-Sa P Borg.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *