Ħarġa sal-Birgu

L-għodwa t-tajba! Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ April, l-istudenti tal-Klassijiet 8 Sapphire u Topaz, flimkien mal-għalliema tal-Malti tagħhom is-Sa J Cachia u l-edukaturi tagħhom is-Sa M Abela, is-Sa D Calleja u s-Sa L Tirchett, qattgħu ġurnata mill-isbaħ fil-Birgu, Città Vittoriosa. Il-grupp dar mal-Forti Sant’Anġlu u permezz tal-gwida, l-istudenti ġew mogħtija informazzjoni fuq il-qlubija tal-Maltin. Wara t-tour f’dan il-forti grandjuż, il-grupp mar sal-Knisja ta’ San Lawrenz fejn daħlu fl-oratorju u raw ix-xabla u l-kappell ta’ La Vallette. Fil-knisja l-istudenti kellu ċ-ċans jammiraw l-inkwatru titulari ta’ Mattia Preti ‘Il-Martirju ta’ San Lawrenz’. Ma jistax jonqos li l-istudenti taż-Żejtun jieħdu ritratt mal-istatwa ta’ Santa Katerina li hemm ukoll fl-istess knisja. Fl-aħħar parti ta’ din il-ħarġa kulturali, l-istudenti kellhom ix-xorti li jaraw reċta fuq il-qlubija tal-Ġirbin fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. X’ġurnata dik! Prosit lil kull min għamel dan kollu possibbli!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *