It-Tnejn, 19 ta’ Ottubru, id-Dipartiment tal-Malti organizza attività biex ifakkar lill-poeta nazzjonali. Din l-attività saret ġewwa l-Imdina u kellha rabta diretta mas-sillabu l-ġdid tal-10 sena fis-Sekondarja.
– Saret żjara fil-Mużew tal-Katidral fil-kamra ddedikata lil Dun Karm b’attività interattiva bil-poeżija ‘Għaliex?’
– L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità unika li jżuru l-mużew tal-arkivji, fejn intwerew materjal antik konness ma’ Malta u dokumenti li fihom kliem jew kitbiet antiki bil-Malti.
– Intwera filmat fuq il-poeta nazzjonali u sar kwiżż bejn l-istudenti.
Klassi: 10 Emerald
Għalliema: Is-Sa P. Borg, Is-Sur S. Lughermo

