Erik Award 2026

Prosit lill-istudenti tagħna Yinuo Cai (8 Diamond) u Raffaella Mercieca (10 Coral) li rċevew il-premju Erik Award 2025–2026 għad-dedikazzjoni u l-entużjażmu tagħhom fit-tagħlim tal-lingwa Ġermaniża!

Yinuo Cai rebħet l-Erik Award fil-kategorija Sena 7-Sena 8, filwaqt li Raffaella Mercieca ngħatat Special Recognition Award fil-kategorija Sena 9-Sena 10. L-impenn, il-parteċipazzjoni pożittiva, l-isforz kontinwu u l-passjoni tagħhom għal-lingwa Ġermaniża jirriflettu tassew il-valuri fil-ħsieb ta’ din l-inizjattiva sabiħa.

L-Erik Award jirrikonoxxi studenti li jagħtu kontribut sinifikanti fil-klassi tal-Ġermaniż permezz tal-entużjażmu, l-involviment u l-impenn konsistenti tagħhom.

Prosit ukoll mill-qalb lill-għalliema tagħhom tal-Ġermaniż, is-Sa Fabia Dimech u s-Sa Marcelle Cannataci, li dejjem ikomplu jappoġġjaw u jinkoraġġixxu lill-istudenti fil-vjaġġ tagħhom tat-tagħlim tal-lingwi. Kburin ħafna bikom! Weiter so!

Congratulations to our students Yinuo Cai (Year 8 Diamond) and Raffaella Mercieca (Year 10 Coral) who were recognised during the Erik Award 2025-2026 for their dedication and enthusiasm towards learning German!

Yinuo Cai was awarded the Erik Award (Year 7-Year 8 category), while Raffaella Mercieca received a Special Recognition Award (Year 9-Year 10 category). Their commitment, positive participation, sustained effort and passion for the German language truly reflect the values celebrated through this great initiative.

The Erik Award recognises students who make a meaningful contribution to the German classroom environment through enthusiasm, engagement and consistent effort.

A heartfelt well done also goes to their teacher of German Ms Fabia Dimech and Ms Marcelle Cannataci who continue supporting and encouraging students in their language-learning journey. We are proud of your achievement! Weiter so!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *