L-iskola Medja u Sekondarja taż-Żejtun, fi ħdan il-kulleġġ San Tumas More, ħa tkun qed ittella’ attivita’ bl-isem ‘Ġrajjitna’; attivita’ b’risq il-fondazzjoni ALS Malta.
Ġrajjitna’ tikkonsisti fi preżentazzjoni riflessiva mal-ġonna tal-iskola. L-udjenza ssegwi l-ġrajja ta’ ħafna karattri li niltaqgħu magħhom matul il-passjoni ta’ Ġesu fuq din l-art; ġrajjiet li qatt ma ntesew.
Wara l-preżentazzjoni ser ikun hemm ambjent armat fejn jista’ jinxtara ikel u rigali kif ukoll xogħol artiġjanali, li nsibuhom f’dan iż-żmien tal-Għid il-Kbir. Wieħed jista’ jibqa’ jgawdi l-atmosfera flimkien mas-sehem tal-banda tal-iskola li ser tkun qed takkumpanja din l-attivita’.
Id-dati ta’ ‘Ġrajjitna’ ser ikunu l-5 u 6 t’April mis-6pm sal-11pm, b’rapreżentazzjoni kull siegħa. Dħul huwa ta’ donazzjoni ta’ €2 bil-qliegħ kollu ser imur għal ALS Malta. Din l-attivita’ ser tkun bis-sehem ta’ għalliema, studenti u ġenituri tal-istudenti mill-iskola stess – esperjenza li fiha flimkien mhux biss ngħinu b’mod volontarju iżda wkoll ningħaqqdu bejnietna għal għan filantropiku. Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min qiegħed jagħti s-sehem tieghu, nuru apprezzament ukoll lil dawk il-kumpaniji, ħwienet, għaqdiet u individwi li tawna sostenn biex ‘Ġrajjitna’ tkun possibli li tittella’.
The preparations for the “Ġrajjitna” event
The preparations for the “Ġrajjitna” event, which will take place on April 5th and 6th, are well underway. All proceeds from this event will be donated to ALS Malta. Please save the dates on your calendar.
Diġa’ qegħdin nippreparaw għall-attivita’ ‘Ġrajjitna’ li se ssir fil-5 u fis-6 t’April. Il-qligħ kollu se jmur għall-ALS Malta. Żommu dawn id-dati vojta, ħalli narawkom fostna!