Dawn ir-ritratti u filmati qosra juru mumenti mill-quddiesa li ttellgħet għat-tieni sena sekondarja li timmarka l-ftugħ tas-sena skolastika.
Il-quddiesa qaddisha Fr Dillon Bugeja u nqara l-Evanġelju skont San Luqa meta Ġesu’ ntilef fit-Tempju. L-aħħar sentenza tgħid li Ġesu’ baqa’ jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja. Il-qassis qal lill-istudenti li faċli tikber fl-għerf u fis-snin iżda kif se nikbru fil-grazzja? Nitolbuhulu dan ir-rigal lil Ġesu’. Hawn staqsa lill-istudenti x’inhuma r-rigali li jixtiequ f’ħajjithom. Tistgħu taħsbu x’lista għamlulu bħal karozzi lussużi, apparat elettroniku tal-logħob, somom ta’ flus… u oħrajn.
L-istudenti ħadu gost u jidhru li fehmu d-differenza bejn rigali materjali u r-rigal tal-grazzja t’Alla.
Grazzi lill-għalliema li ħadmu biex sar dan il-quddies u lill-istudenti kollha tal-imġieba tajba tagħhom.
Is-Sa. M Vella
Għalliema