Help Us Help Cats!

Hekk kif qed toqrob il-festa ta’ San Martin, ejjew niċċelebraw l-ispirtu sabiħ ta’ tjubija, ġenerożità u solidarjetà! Din is-sena, l-iskola tagħna qed tagħti l-appoġġ tagħha lil Żejtun Stray Cats VO 2643, organizzazzjoni volontarja ddedikata għall-kura tal-qtates li jgħixu fit-toroq tal-komunità tagħna.🐈😻

Kif tistgħu tgħinu? Faċli ħafna! Ġibu magħkom landa, pouch jew pakkett ikel tal-qtates u poġġuh fil-kaxxi tal-ġbir li jinsabu fil-Foyers tagħna!🐾

Kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira, tagħmel differenza KBIRA għal dawn il-ħlejjaq tant ħelwin! Flimkien, ejjew nimlew dawn il-kaxxi u nxerrdu ftit aktar imħabba f’dan iż-żmien ta’ San Martin! Grazzi bil-quddiem!🫶💝

With the Feast of St Martin approaching, let’s celebrate the beautiful spirit of kindness, generosity and sharing! This year, our school is proudly supporting Żejtun Stray Cats, a voluntary organisation dedicated to caring for stray cats in our community.🐈😻

How can you help? Very easy! Simply bring along a tin, pouch or packet of cat food and drop it into the collection boxes located in our school foyers!🐾

Every little donation makes a BIG difference to these lovely creatures! Together, let’s fill those boxes and spread a little extra love this San Martin! We thank you in advance for your donation!🫶💝

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *