Nifhmu lil Uliedna fil-Bidliet

Programm Preventiv għall-Ġenituri/Kustodji tal-Istudenti tas-7 Sena

Is- Servizz Għożża ser jerġa’ joffri taħdita edukattiva għall-ġenituri/kustodji tal-istudenti tas-7 Sena, bit-titlu ‘Nifhmu lil Uliedna fil-Bidliet’.

Din is-sessjoni ser titmexxa minn Guidance Teachers mis-Servizz Għożża u ser ssir fl-iskola tagħna. It-taħdita ser tiffoka fuq il-bidliet fiżiċi u psikoloġiċi li jgħaddu minnhom it-tfal matul il-perjodu tal-pubertà.

Inħeġġu lill-ġenituri/kustodji kollha tal-istudenti tas-7 Sena biex jattendu għal din it-taħdita informattiva, li għandha l-għan li tgħinhom jifhmu aħjar dawn il-bidliet u jagħrfu l-importanza li jitkellmu ma’ wliedhom dwar suġġetti sensittivi b’mod miftuħ, xieraq u adattat għall-età tagħhom.

L-Amministrazzjoni tal-Iskola

🛑‘Nifhmu Lil Uliedna Fil-Bidliet’ – A Prevention Programme for Parents/Guardians of Year 7 Students

Servizz Għożża will once again be offering an educational talk for parents/guardians of Year 7 students entitled ‘Nifhmu Lil Uliedna Fil-Bidliet’.

Guidance teachers from Servizz Għożża will deliver the seminar in person on the school premises. The session will focus on the physical and psychological changes that children experience during puberty.

Year 7 parents/guardians are encouraged to attend this informative talk, which aims to help them better understand these changes and recognize the importance of discussing sensitive topics openly and appropriately with their children.

The School Administration

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *