Mejju: ix-xahar iddedikat lill-Madonna u l-inkurunazzjoni tal-Verġni Marija. Nhar l-Erbgħa, l-istudenti tas-7 Sena animaw u pparteċipaw f’din iċ-ċelebrazzjoni ħelwa. Huma dawn il-mumenti li jsaħħuna bħala komunità… bħala familja waħda kbira. Grazzi lill-istudenti li qraw, daqqew u kantaw tul l-attività. Grazzi mill-qalb tmur għal kull min kien involut: l-għalliema tar-Reliġjon, l-għalliem tal-Mużika s-Sur Christopher Tanti u l-membri tal-istaff li mingħajrhom din iċ-ċerimonja ma kinitx tkun possibbli. Għal sena oħra!
May: the month dedicated to Holy Mary and the coronation of the Virgin Mary. On Wednesday 13th, the Year 7 students cheered and participated in this sweet celebration. It is these moments that strengthen us as a community… as one big family. Thanks to the students who read, played and sang during the activity. Heartfelt thanks go to all involved: the Religion teachers, the Music teacher Mr Christopher Tanti and the staff members without whom this ceremony would not have been possible. Looking forward for next year!


