Ċapċipa kbira lil Alexander Galea!
Nhar il-Ħamis li għadda, meta l-istudenti ma kellhomx skola, Alexander, student tal-10 Sena, għażel li jqatta’ l-ġurnata jgħin fis-Soup Kitchen fil-Belt Valletta flimkien man-nannu tiegħu. Din il-kċina tipprepara ikel frisk kuljum għal dawk fil-bżonn u dan il-ġest sabiħ ta’ Alexander verament juri sensittività u responsabbiltà.![]()
Aħna kburin ħafna li naqsmu magħkom ilkoll eżempji sbieħ bħal dawn li jgħinu lill-istudenti tagħna jikbru bħala ċittadini responsabbli, kuraġġużi u b’qalb tad-deheb!![]()
A round of applause to Alexander Galea!
Last Thursday, when there was no school, Alexander, Year 10 Opal, chose to spend his day helping out at the Soup Kitchen in Valletta together with his grandfather. This kitchen prepares fresh meals daily for people in need and Alexander’s kind gesture truly reflects compassion and social responsibility.![]()
We are so proud to share such beautiful examples that help our students grow into responsible, caring and empathetic young citizens!![]()
