Pet food donated to Abandoned Animal Association

Il-Kunsill tal-Istudenti jagħti donazzjoni f’ikel għall-annimali lill-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati🐾

Matul il-ġimgħa ddedikata għall-għarfien dwar l-annimali, il-Kunsill tal-Istudenti tagħna or-ganizza ġbir ta’ ikel għall-annimali biex jgħin lil dawn il-kreaturi li jinsabu fil-bżonn. Grazzi għall-ġenerożità ta’ kulħadd, inġabret kaxxa mimlija b’ikel għall-annimali. Nhar it-Tnejn, 14 ta’ April 2025, għaddejna d-donazzjonijiet lill-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati.

Ingħaqad magħna rappreżentant minn din l-assoċjazzjoni li spjega li l-NGO tagħhom mhux biss tmexxi santwarju għall-klieb, imma tgħin ukoll fir-ripatrijazzjoni ta’ annimali oħra ab-bandunati bħall-qtates u fniek. Huma jaħdmu f’koordinazzjoni ma’ santwarji oħra speċjalizzati biex kull annimal ikun jista’ jitqiegħed f’ambjent xieraq u li jingħata l-kura meħtieġa.

Għaldaqstant, il-Kunsill tal-Istudenti jixtieq jirringrazzja lill-istudenti, għalliema u lill-familji kollha li kkontribwixxew biex jgħinu lil dawn l-annimali bla dar biex ikollhom ħajja aħjar. Grazzi!

Second ChanceNature Trust – FEE Malta

Pet food donated to Abandoned Animal Association 🐾

During Animal Awareness Week, the Student Council ran a pet food donation drive to help animals in need. Thanks to everyone’s kindness, they collected a full box of pet food. On Monday, 14th April 2025, the donations were handed over to the Association for Abandoned Animals.

The representative from the Association explained that their NGO not only runs a dog sanctuary but also helps rehome other abandoned animals, such as cats and rabbits. They work closely with different sanctuaries that are better equipped to care for specific animals, making sure each one is placed in the right environment and properly looked after.

The Student Council would like to say a big thank you to all the students, teachers, and families who contributed to help homeless animals get the care they need. Thanks!