Il-kanzunetta ‘Uncondtionally’ tal-kantanta Katy Perry kienet it-tema magħżula għas-seminars ta’ spiritwalità għal din is-sena, li d-dipartiment tar-Reliġjon tal-iskola tagħna, organizza għall-istudenti tal-Ħdax-il Sena, ġewwa l-kunvent tal-Patrijiet Kapuċċini, fil-Kalkara.
F’ambjent rilassanti għall-aħħar, l-istudenti semgħu l-esperjenza ta’ Tarcisio Agius, li dam ‘il bogħod minn Alla għal erbgħin sena sħaħ, u kif reġa’ ħass l-imħabba t’Alla fil-qalb tiegħu, ġewwa ċ-ċella, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Iż-żgħażagħ tagħna kellhom ħin jirriflettu weħidhom, u wara, fi gruppi żgħar, tkellmu dwar dak li ħassew fis-skiet ta’ qalbhom.
Fl-aħħar, Fr Jethro Bajada OFM Cap, mexxa ftit ħin quddiem Ġesù Ewkaristija. Lura lejn l-iskola, l-istudenti kellhom kummenti pożittivi ħafna dwar dawn l-esperjenzi spiritwali.
Ħajr lil dawk kollha li taw il-kontribut siewi tagħhom sabiex dawn is-seminars iħallu l-ġid mixtieq!
The song ‘Unconditionally’ by singer Katy Perry was chosen as the theme for this year’s spirituality seminars, organised for Year 11 students, by our school’s Religion department, at the Capuchin Friars’ convent in Kalkara.
In a relaxing atmosphere, the students listened to the testimony of Tarcisio Agius, who had been distant from God for forty years, and how he rediscovered God’s love while in a cell at the Corradino Correctional Facility.
Our young people had time to reflect individually and later discussed in small groups what they felt in the silence of their hearts.
Finally, Fr. Jethro Bajada, OFM Cap. led a moment of prayer before Jesus in the Holy Eucharist. On their way back to school, the students shared very positive feedback about these spiritual experiences.
A heartfelt thank you to everyone who contributed for making these seminars truly fruitful!