
L-istudenti tal-Ospitalità tad-9 Sena jesploraw The Phoenicia Malta. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Frar, dawn l-istudenti tagħna kellhom l-opportunità unika li jżuru l-lukanda lussuża Phoenicia Hotel Malta, fejn setgħu jesperjenzaw b’mod dirett il-qasam tal-ospitalità. Daru dawra ġmielha għax raw kmamar eleganti, il-faċilitajiet ta’ livell għoli u saħansitra l-ġonna spettakolari. Nistgħu ngħidu li kienet esperjenza tal-ġenn għax tat aktar ħajja lill-istudji tagħhom. Grazzi kbira lis-Sa Maria Cassar għall-ospitalità tagħha u għall-informazzjoni li qasmet magħna! Din l-esperjenza prattika għenet lill-istudenti jifhmu aħjar kif jaħdem il-qasam tal-lukandi, is-servizz lill-klijenti u l-opportunitajiet ta’ xogħol fl-industrija tat-turiżmu. L-aħħar grazzi tagħna tmur lis-Sa Loranna Bonnici, għalliema tal-Ospitalità, li organizzat u ħadet ħsieb din l-attività.
Year 9 Hospitality students explore the Phoenicia Hotel Malta. On Wednesday, 5th February, our students had the unique opportunity to visit the luxurious Phoenicia Hotel Malta, where they experienced the hospitality industry first-hand. They enjoyed a fantastic tour, exploring elegant rooms, top-tier facilities, and even the hotel’s spectacular gardens. We can truly say it was an amazing experience that brought their studies to life! A huge thank you to Ms Maria Cassar for her warm hospitality and for sharing valuable insights with our students. This hands-on experience helped students gain a deeper understanding of hotel operations, customer service and career opportunities in the tourism industry. Our final thanks goes to Ms Loranna Bonnici, Hospitality teacher, who organised and coordinated this enriching activity.
