Il-mawra tal-istudenti tad-9 Sena fuq il-gżira ta’ Għawdex kienet waħda tal-ġenn! Kmieni kmieni mal-għodwa bdejna ninġabru l-iskola u rħejnielha lejn iċ-Ċirkewwa. Mal-wasla tagħna hemm qabdna l-vapur u mad-09:30 konna ġa qegħdin ingawdu mill-ġmiel li taf toffri ż-żona unika tad-Dwejra. Wara li żorna t-torri tad-Dwejra, tlaqna lejn Ta’ Pinu, fejn dorna l-Basilika, il-mużew u l-arti tal-mużajk fil-madwar. L-arja friska fetħet l-aptit u l-ġuħ beda jagħmel tiegħu. Għaldaqstant mal-wasla tagħna Marsalforn morna fir-ristorant fejn kulħadd mela żaqqu. Hawn kellna ftit ħin ta’ mistrieħ fuq il-bajja: min jgħid kelma, min jitfa’ l-ġebel fil-baħar u min jilgħab fir-ramel. Bla dubju, il-ġelat niżel għasel. Kien imiss issa li nżuru ċ-Ċittadella, b’dak kollu li taf toffri: il-Mużew tan-Natura, il-Mużew tal-Arkeoloġija, l-Ħabs l-Antik u ma jistax jonqos is-swar majestużi. Fit-triq tagħna lura, b’dik it-tbissima, tkellimna dwar kemm kienet ġurnata mill-isbaħ, imżewqa b’ħafna attivitajiet varji, mingħajr stress żejjed u f’kumpanija tal-ġenn. Grazzi speċjali tmur għall-istudenti kollha li attendew u li għamlu din il-ġurnata speċjali, lill-edukaturi kollha li kienu parti sħiħa u lil kull min, b’xi mod jew ieħor, għamel din il-mawra possibbli!![]()











The Year 9 students’ trip to the island of Gozo was an unforgettable experience! Early in the morning, we gathered at school and set off towards Ċirkewwa. Upon arrival, we boarded the ferry, and by 9:30 AM, we were already enjoying the breathtaking beauty of Dwejra. After visiting the Dwejra Tower, we headed to Ta’ Pinu, where we explored the Basilica, the museum and the stunning mosaic artwork surrounding the area. The fresh air certainly built up our appetite and hunger started kicking in. As soon as we arrived in Marsalforn, we headed straight to the restaurant, where everyone enjoyed a hearty meal. We then had some time to relax by the beach: some engaged in lively conversations, others skipped stones across the water, while some played in the sand. Of course, ice cream was the perfect treat! Next, we visited Ċittadella, where we explored its many treasures: the Natural History Museum, the Archaeology Museum, the Old Prison and the magnificent fortifications. On our way back, with smiles on our faces, we reflected on how amazing the day had been: filled with diverse activities, zero stress, and fantastic company. A special thanks goes out to all the students who attended and made this day so enjoyable, to the educators who were fully involved, and to everyone who, in one way or another, contributed to making this trip possible!![]()
