Year 9 Art Option Project

Ftit ġimgħat ilu, l-istudenti tagħna tad-9 Sena li jieħdu l-Art bħala option, biddlu ħajt komuni fi splużjoni ta’ kuluri vibranti u ġabu enerġija u ħafna pożittività fl-ambjent tal-iskola tagħna. Ispirati mill-antenati tagħna u l-pitturi tagħhom fil-grotti, l-istudenti mhux biss ħadmu qatigħ għal dan ir-riżultat iżda ħabbew dan il-vjaġġ kreattiv u aristiku mill-bidu sal-aħħar. Taħt it-tmexxija tas-Sa Julia Gauci u s-Sa Henrietta Mallia, ħadmu flimkien, esploraw ideat u tekniki waqt li bnew il-viżjoni tagħhom f’waħda ta’ veru. Dan il-proġett huwa biss il-bidu għaliex huma ħerqana li jkomplu jagħtu ħajja ġdida lill-iskola tagħna b’aktar trasformazzjonijiet kkuluriti u juru kif l-arti tista’ tispira u sseb-baħ l-ispazji ta’ madwarna. 🎨

A few weeks ago, the Year 9 Art option students transformed an ordinary wall into a vibrant explosion of colours, bringing energy and positivity to our school environment. Inspired by our ancestors and their cave paintings, the students embraced not only the outcome but also the creative journey of artmaking. Guided by Ms Julia Gauci and Ms Henrietta Mallia, they worked collaboratively, exploring ideas and techniques while turning their vision into reality. This project is just the beginning: they are eager to bring more colourful transformations to our school, proving that art can inspire and reimagine the spaces around us.🎨

🎞Araw dan il-filmat tal-vjaġġ mill-isbaħ tal-proġett Tropicana 2024 – proġett mill-istudenti tad-9 Sena tal-Art option taħt il-gwida tas-Sa Julia Gauci u s-Sa Henriette Mallia. 👏

🎞Watch this clip of the wonderful journey of the Tropicana 2024 project – a project by the Year 9 Art option students under the guidance of Ms Julia Gauci and Ms Henriette Mallia. 👏

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *