Volleyball U13 – 27th March 2025

It-turnew tal-Volleyball U13 – 27 ta’ Marzu 🏐

Fit-27 ta’ Marzu, it-timijiet tal-volleyball U13 tagħna rrappreżentaw b’kburija kbira l-iskola tagħna f’turnew li fih ħadu sehem timijiet minn skejjel tal-Knisja, statali u privati. Żewġ timijiet tal-bniet u tim wieħed tas-subien ħadu sehem, ħadmu f’tim u kienu ta’ eżempju ta’ sportività u determinazzjoni tul il-ġurnata kollha.

It-tliet timijiet kellhom prestazzjoni mill-aqwa fil-logħbiet tagħhom, b’logħob sabiħ u b’ħiliet u spirtu sportiv mill-aqwa. L-isforz u l-impenn tagħhom taw il-frott, bit-timijiet tal-bniet, kif ukoll tas-subien, spiċċaw jikkwalifikaw għall-finali.

Ninsabu kburin li nħabbru li t-timijiet tagħna issa ser ikomplu jikkompetu fil-finali, li ser isiru nhar it-22 ta’ Mejju. Prosit lil kulħadd!👏💪🎖

U13 Volleyball Tournament Report – 27th March🏐

On the 27th of March, our U13 volleyball teams proudly represented our school in a tournament featuring teams from various church, state, and private schools. Two girls’ teams and one boys’ team participated, showcasing strong teamwork, sportsmanship, and determination throughout the day.

All three teams delivered outstanding performances across their matches, playing cohesively and demonstrating great skill and spirit. Their effort and commitment paid off, with both the girls’ and boys’ teams successfully securing a place in the finals.

We are proud to announce that our teams will now move on to compete in the finals, which will be held on the 22nd of May. Well done to all!👏💪🎖