Visit to the Chinese Garden in St Lucia

Nhar it-Tlieta 13 ta’ Mejju, studenti tad-9 Sena tal-King’s Trust International Achieve Programme Malta żaru l-Ġnien taċ-Ċiniżi f’Santa Luċija, fejn kien hemm imħejjija diversi logħob li permezz tagħhom l-istudenti u l-anzjani setgħu jipparteċipaw flimkien🤝. Il-logħob kien varjat – kien hemm dawk li kienu jinvolvu mira u konċentrazzjoni, oħrajn li kellhom bżonn strateġija, kif ukoll logħob tradizzjonali bħal-logħba tal-boċċi. Din kienet l-aħħar attività mal-anzjani għal din is-sena skolastika u kienet opportunità mill-aqwa biex ġenerazzjonijiet differenti jiltaqgħu, jitħalltu u jsiru jafu aktar lil xulxin. Nirringrazzjaw lil CareMalta u lil King’s Trust International Achieve Malta ta’ din l-opportunità. Grazzi speċjali lis-Sa Rachel Ann Zammit u lill-edukaturi involuti għall-organizzazzjoni.👏

On Tuesday 13th May, our Year 9 KTI students visited the Chinese Garden in Santa Lucia, where we organised a variety of games that allowed students and elderly participants to engage and interact together🤝. There were different games – some requiring aim and concentration, others involving strategy, and there were also traditional games like bocci. This was the final activity with the elderly for this school year, and it was a wonderful opportunity for different generations to come together, connect, and get to know one another better. We would like to thank CareMalta and The King’s Trust International Achieve Malta for this opportunity. A special thanks goes to Ms Rachel Ann Zammit and all educators involved for the organisation.👏