
Illum l-iskola tagħna tat merħba mill-qalb lil Bjorn Formosa u lill-crew tiegħu minn ALS Malta. Din l-attività ħelwa organizzata mill-Kunsill tal-Istudent kienet il-pass li jmiss wara li l-ġimgħa l-oħra kienet imtellgħa l-attività ġbir ta’ fondi b’risq ALS Malta. Wara merħba b’ċapċip mill-istudenti tas-7 Sena Bjorn iltaqa’ mal-istudenti tal-Kunsill tal-Istudent u ma’ madwar għoxrin student ieħor rappreżentanti minn klassijiet differenti. L-istudenti staqsewh diversi mistoqsijiet dwar kif Dar Bjorn tipprovdi assistenza kemm lill-pażjent u kif ukoll lill-familja. Żgur li din il-laqgħa kienet waħda memorabbli għal dawk kollha preżenti! Nirringrazzjaw mill-qalb li kull min kien involut.


Today our school welcomed Bjorn and his crew from ALS Malta. This heart-warming activity organised by the Student Council was a follow-up to the fundraising activity organised last week in aid of ALS Malta. After a warm applause from our Year 7s, Bjorn met our Student Council members and around 20 students from different classes. Students asked Bjorn a variety of questions about how Dar Bjorn assists the patient and the families. Today it was definitely a memorable day and thus we thank all those involved.