Villaġġ tal-Milied 2022

L-iskola Medja u Sekondarja taż-Żejtun fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More din is-sena se torganizza Villaġġ tal-Milied bit-tema ‘Qalb il-Milied’ b’risq id-Dar tal-Providenza. Bħalissa l-preparamenti għal din l-attivita’ għaddejin ġmielhom biex il-ġonna tal-iskola, għal tlett ijiem jinbidlu f’atmosfera li tfakkarna f’dik il-lejla ta’ aktar minn elfejn sena ilu u li ta’ kull sena niċċelebraw b’tant ħrara. Bħalissa fl-iskola, kemm l-għalliema kif ukoll l-istudenti qegħdin jaħdmu flimkien ħalli fl-ewwel ta’ Jannar joffru somma mill-isbaħ lil Fr Martin u lir-residenti tad-Dar. Fil-fatt l-istudenti qed jippreparaw ħafna oġġetti magħmula bl-idejn fosthom kartolini u dekorazzjonijiet, filwaqt li għalliema oħra qed jippreparaw il-menu, li f’lejla xitwija ta’ Diċembru żgur li jinżel għasel. F’dan il-villaġġ wieħed se jsib varjeta’ ta’ affarijiet li jfakkruna fiż-żmien sabiħ tal-Milied fosthom bejgħ ta’ oġġetti ta’ dekorazzjoni oriġinali, workshops għat-tfal, ritratti ma’ Santa Klaws,  ikel tipiku tal-Milied minn pajjiżi differenti kif ukoll ma jistax jonqos, presepju ħaj li jfakkarna fis-sinifikat veru tal-Milied. Tkellimna mas-Sur Adrian Galea, Kap tal-iskola li spjegalna kif wara sentejn ta’ pandemija, l-iskola ħasset li mhux biss terġa’ tqajjem l-ispirtu tal-Milied fl-iskola, iżda ukoll l-iskola trid li tagħti rigal lill-komunita’ taż-Żejtun billi toħloq din l-atmosfera maġika.

Dan il-villaġġ se jittella’ fil-ġonna tal-iskola stess u se jkun miftuħ bejn l-14 u s-16 ta’ Diċembru. Fl-14, 15 u 16 ta’ Diċembru l-villaġġ se jkun miftuħ filgħodu u se jkunu jistgħu jżuruh tfal minn skejjel oħra. Fis-16 ta’ Diċembru ukoll, apparti filgħodu, il-villaġġ se jkun miftuħ bejn il-5.30pm u l-10.30pm, u kulħadd huwa mistieden jattendi għal din l-esperjenza maġika li l-Milied kapaċi joffri. Se jkun hemm programm varjat fosthom spettaklu ta’ kant mill-kor u l-banda tal-iskola, ikel tipiku tal-Milied kif ukoll daqq ta’ innijiet tal-Milied miż-żewġ baned taż-Żejtun flimkien, il-Banda Beland u ż-Żejtun Band. Se jagħtu s-sehem tagħhom ukoll bosta kantanti popolari li kienu ukoll studenti f’din l-iskola.  Għalhekk nistednukom taslu saż-Żejtun, eżattament fi Triq Luqa Briffa, ftit metri bogħod mill-kappella ta’ San Girgor u filwaqt li tieħdu gost b’dak kollu li se joffri dan il-villaġġ, tkunu qed tgħinu lid-Dar tal-Providenza li tant tagħmel ġid.

Għal aktar informazzjoni żuru s-sit https://zejtunmiddlesecondaryschool.com/christmas-village-2022-in-aid-of-id-dar-tal-providenza/

Is-Sur K Gatt u s-Sa. P Vella
Membri tal-Istaff

Grażżi / Thank You

Għeżież Kollegi, Studenti, Ġenituri/Kustodji u l-komunità kollha tal-iskola tagħna … din il-GRAZZI kbira għalikom ilkoll! Fl-1 ta’ Jannar li ġej l-iskola tagħna ser tkun qiegħda tgħaddi d-donazzjoni sabiħa ta’ €8,000 lid-Dar tal-Providenza. Din is-somma hekk sabiħa nġabret tul l-attività “Qalb il-Milied” li organizzajna fil-jiem li għaddew. U dan kollu seħħ bis-saħħa tagħkom ilkoll! Kburin li aħna nagħmlu parti minn din il-familja! 🥰

Dear Colleagues, Students, Parents/Guardians and all our school community…a BIG FAT thank you to all of you! On 1st January, our school is going to donate €8,000 to Id-Dar tal-Providenza. This sum was collected during the Christmas Village “Qalb il-Milied” and this was only possible thanks to you. Proud to be part of the ZejtunSec family 😉

1st January 2023: €8,000 donated to ‘Id-Dar tal-Providenza’

This afternoon, together with some members of staff and eight students, we visited id-Dar tal-Providenza and donated €8,000 which we collected during our Christmas Village ‘QALB IL-MILIED’. We managed to collect this sum thanks to you all…members of staff, students, parents/guardians…thanks to our school community…A BIG THANK YOU to all!

Illum wara nofsinhar, flimkien ma’ xi membri tal-istaff u tmien studenti, ippreżentajna ċekk ta’ Eur 8,000 lid-Dar tal-Providenza, biex din id-dar tkun tista’ tkompli toffri s-servizzi lir-residenti tagħha. Dawn il-flus inġabru matul il-Villaġġ tal-Milied ‘QALB IL-MILIED’ b’risq id-Dar tal-Providenza. Dawn il-flus kollha nġabru bis-saħħa tagħkom…tal-membri tal-istaff, tal-istudenti, tal-ġenituri/kustodji…bis-saħħa tal-komunita’ tal-iskola kollha…GRAZZI kbira lil kulħadd!