Un Martedi Italiano

Buona Serata! 🇮🇹 Għaxar studenti mis-7 Sena tagħna li jitgħallmu t-Taljan, nhar it-Tlieta 16 ta’ April, ħadu sehem fl-attività bl-isem ‘Un martedì italiano’ li ġiet organizzata għal studenti minn disa’ skejjel differenti. L-istudenti kellhom l-opportunità li jkomplu jitgħallmu iżjed it-Taljan permezz ta’ logħob differenti li fih huma ħadu sehem b’mod attiv. Fost il-logħob kien hemm it-Tombola, Interactive Hang Man, Crossword Puzzles, Il Gioco dell’Oca, La Battaglia Navale u Il Musichere. Din l-attività serviet ukoll biex l-istudenti jsiru jafu iżjed lil xulxin u jagħmlu ħbieb ġodda. Grazzi speċjali tmur għas-Sa D Magro Conti, għalliema tat-Taljan, li ħadet ħsieb din l-attività. Prosit ukoll lill-istudenti tagħna!👏

Buona Serata! 🇮🇹 Last Tuesday, April 16th, ten Year 7 students learning Italian participated in an activity called ‘Un martedì italiano’ with students from nine Maltese schools. Our students were able to learn Italian through play by participating in various activi-ties such as Tombola, Interactive Hang Man, Crossword Puzzles, Il gioco dell’Oca, La Battaglia Navale, and Il Musichere. It was a fantastic opportunity to not only study Ital-ian but also meet new people. A special thank you to Ms D Magro Conti, an Italian teacher, who organised this opportunity and congratulations to our children! 👏