It-trekking għall-istudenti tat-8 Sena għadda wkoll! X’ġurnata dik! Filgħodu, ilkoll flimkien irħejnielha lejn l-inħawi tad-Dwejra fejn bdejna mixja ta’ ftit aktar minn 6 km. Għaddejna mergħat mill-isbaħ, imxejna tul il-Victoria Lines, dħalna fl-għerien u żorna r-raħal pittoresk tal-Imġarr. Tul il-waqfiet tagħna kellna ċ-ċans nitkellmu u nieħdu gost flimkien. Grazzi speċjali tmur lit-tim tal-għalliema tal-PE għall-organizzazzjoni u lil kull membru tal-istaff li kien involut! Kemm hu sabiħ tkun fin-natura!
Year 8 students have also completed their trekking experience! What a day! We left school together in the morning for the area known as Dwejra, where we began our 6-kilometer path. We explored beautiful meadows, the Victoria Lines, caves and the pic-turesque town of Mġarr. During the breaks, we were able to relax and have fun together. A particular thank you to the PE teachers for organising this, as well as to everyone of the staff that participated! It’s wonderful to be in nature!