18/11/2024 – It-trekking mix-Xemxija sa Selmun mal-istudenti tal-10 Sena kien suċċessun! L-attività kienet imqassma tajjeb ferm u kollox mexa mal-pjan. Tul din il-mixja, l-istudenti u l-edukaturi kellhom iċ-ċans igawdu x-xenarji mill-isbaħ u fl-istess ħin kienu wkoll attivi fiżikament. Il-kooperazzjoni tal-istudenti kienet eċċellenti għax ħadmu tajjeb flimkien u għenu lil xulxin tul ir-rotta kollha . L-entużjażmu u l-imġiba pożittiva tagħhom għenu biex din il-ġurnata kienet esperjenza divertenti għal kulħadd. Grazzi speċjali tmur lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni Fiżika tagħna u lill-membri kollha tal-istaff li akkumpanjaw lil dan il-grupp sabiħ. Prosit tassew lil kulħadd!
18/11/2024 – The trek from Xemxija to Selmun with Year 10 students was a great success. The activity was well-planned and smoothly implemented, allowing students and educators to enjoy the scenic route while engaging in physical activity. Students demonstrated excellent cooperation, working well together and supporting one another throughout the trek . Their enthusiasm and positive behaviour contributed to a fun and rewarding experience for all. Special thanks go to the PE department and the members of staff who accompanied the students. Well done all!