L-istudenti tad-disa’ sena żaru l-Imdina għal Jum Dun Karm. Hemmhekk saret attività interattiva bil-poeżija ‘Univers Ieħor’ biswit il-Katidral tal-Imdina. Mhux biss tgħallmu l-poeżija b’mod interattiv iżda ħarġu wkoll l-aspetti bijografiċi tal-poeta. Saret ukoll żjara fil-mużew tal-Katidral fejn żaru l-kamra ddedikata lil Dun Karm. Wara raw filmat fuq il-poeta nazzjonali, Dun Karm, u sar kwiżż bejn l-istudenti. L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità unika li jżuru l-mużew tal-arkivji, fejn intwerew materjal antik konness ma’ Malta u dokumenti li fihom kliem jew kitbiet antiki bil-Malti.
Is-Sa. Nicole Galea
Għalliema tal-Malti