As the festive spirit fills the air, we at St Thomas More College – Zejtun Middle and Secondary School, are gearing up for another unforgettable tradition – the annual Christmas panto. This year marks our 29th panto, a testament to the dedication of our teachers and students who bring this magical event to life.
The panto has become a cherished tradition, eagerly anticipated by students, parents, and the wider community. It’s a unique opportunity for our teachers to step out of their classrooms and onto the stage, embracing their inner thespians and bringing joy to the audience.
This year’s panto, “Ġakki u s-Siġra tal-Fażola”, promises to be a delightful spectacle, filled with laughter, music, and heartwarming moments. The teachers will transform into beloved characters, while our students will take on the backstage and technical roles, ensuring the smooth running of the show.
The panto is a true collaboration between teachers and students, fostering a spirit of unity and camaraderie. For one glorious week, the tables are turned, and the students get to boss their teachers around – all in good fun, of course!
The panto performances will take place on December 15th and 16th at 7pm, and on December 17th at 6pm. Make sure to mark your calendars and grab your tickets early to avoid disappointment. You can get these online from www.ticketline.com.mt/bookings/Shows.aspx?ProductionId=1045
Prepare to be enchanted by the magic of Christmas as our school panto unfolds. Join us for an evening of laughter, music, and unforgettable memories.
Ikompli s-seħer tal-Milied permezz tad-29 pantomima tagħna
U hekk kif l-arja tibda timtela bl-ispirtu sabiħ ta’ festa, aħna tal-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja u Sekondarja taż-Żejtun, qegħdin inħejju qatigħ għal tradizzjoni oħra memorabbli, dik tal-pantomima annwali tal-Milied. Ta’ din is-sena taħbat id-29 waħda – prova ċara tad-dedikazzjoni tal-għalliema u studenti li sena wara sena jagħtu l-ħajja lil dan l-avveniment hekk maġiku.
Il-pantomima saret tradizzjoni għażiża wisq għalina u ferm mistennija mill-istudenti tagħna, ġenituri u anke mill-komunità tal-madwar. Hija opportunità unika fejn l-għalliema joħorġu kemm kemm ‘il barra mill-klassijiet tagħhom u jitilgħu fuq dak il-palk, isiru atturi għal ftit ħin u jġibu tant ferħ u tbissim fost l-udjenza.
“Ġakki u s-Siġra tal-Fażola” hi l-pantomima ta’ din is-sena; mimlija spettaklu mill-aqwa, imżewqa b’daħk, mużika u mumenti ħelwin. L-għalliema jinbidlu f’karattri ħelwin minn din il-ħrafa, filwaqt li l-istudenti tagħna jintefgħu jagħtu daqqa t’id fuq wara tal-palk u jieħdu ħsieb li kollox ikun taħt kontroll u li l-aspett tekniku jimxi kif suppost.
Dan l-ispettaklu huwa l-frott ta’ kollaborazzjoni sħiħa bejn l-għalliema u l-istudenti li toħloq spiritu ħelu ta’ għaqda u ħbiberija. U għaliex le? Għal dan iż-żmien bħal donnu l-irwoli jinbidlu xi ftit u għalhekk iġib miegħu tbissim ġenwin!
Il-pantomima ser tkun miftuħa għall-pubbliku fil-15 u fis-16 ta’ Diċembru fis-7pm u kif ukoll fis-17 ta’ Diċembru fis-6pm fis-sala tal-iskola stess. Ħudu nota ta’ dawn id-dati u ħaffu aqtgħu l-biljetti ħalli ma tkunux diżappuntati. Tistgħu takkwistaw il-biljetti wkoll online minn www.ticketline.com.mt/bookings/Shows.aspx?ProductionId=1045.
Mela, ippreparaw ruħkom għall-vjaġġ maġiku ta’ żmien il-Milied permezz tal-pantomima tal-iskola tagħna. Ejjew ħalli tiltaqgħu ma’ Ġakki u sħabu fl-avventura msaħħra tagħhom. Ingħaqdu magħna għal serata mimlija daqs bajda b’daħk, mużika u allegrija li jibqgħu żgur fil-memorja tagħkom!