Inizjattiva oħra mill-Kunsill tal-Istudenti – twaħħil ta’ mirja fi Block 3. Bi pjaċir ninfurmawkom b’riżultat pożittiv ieħor miksub mill-Kunsill tal-Istudenti! Waqt l-attività tal-History Day li saret fi Frar li għadda, l-istudenti tal-Kunsill organizzaw photo shoot. Bis-saħħa ta’ din l-attività nġabru flus li bihom inxtraw mirja li twaħħlu fit-toilets ta’ Block 3 għall-benefiċċju tal-istudenti kollha li jużaw dan il-block.
Grazzi kbira lill-istudenti kollha tat-8 Sena li taw il-kontribuzzjoni tagħhom waqt l-attività u ma jistax jonqos prosit kbira lill-membri tal-Kunsill tal-Istudenti għall-impenn u l-ħidma tagħhom biex l-iskola tagħna tkun ambjent aktar komdu u addattat għall-istudenti kollha!![]()
Student Council Initiative – installation of bathroom mirrors in Block 3. We are pleased to share another positive outcome made possible through the efforts of the Student Council! Thanks to the generous donations collected during the History Day photo shoot, mirrors have been purchased and installed in the bathrooms of Block 3 for the benefit of all students using this block.
Thank you to all Year 8 students who contributed during the event and a very big well done to the Student Council students for their hard work to help make our school a more comfortable and student-friendly place!![]()
