L-ewwel ġurnata ta’ ‘Spazji ta’ Talb’ ġiet u għaddiet…
Fis-skiet u fil-kwiet, l-istudenti bħal sabu ‘dinja’ oħra tistenniehom… Min jaqra, min jikteb, min jitlob, xi wħud b’demgħa f’għajnejhom, oħrajn mitlufa fi ħsibijiethom…
Illum, ħafna ltaqgħu miegħU u, fuq kollox, magħhom infushom!
Ir-ritratti juru l-bidla li ħloqna fl-ambjent tas-sala… Iżda l-ebda ritratt ma jista’ juri l-bidla li sseħħ fil-moħħ u fil-qalb tal-istudent/a!
Għada nilqgħu studenti oħra mis-Seba’, it-Tmienja u d-Disa’ Sena. Narawkom…
Is-Sur V Bartolo
Għalliem tar-Reliġjon
Spazji ta’ Talb – Il-MERA (1)
Mera kbira… L-individwu jħares fil-mera u fuq post-it note jikteb xi ħaġa sabiħa li qed jara quddiemu… Twaħħlu għexieren ta’ messaġġi li ksew din l-imbierka mirja…Fost dawn il-ħafna post-it note forma ta’ qalb, nixtiequ naqsmu magħkom dawn iż-żewġ messaġġi… Xi ħadd kiteb “Qiegħed nara s-sbuħija t’Alla!” u ieħor kiteb “Just remember, you are perfect!”
Spazji ta’ Talb – Id-Dar tal-Kartun (2)
Spazji ta’ Talb: Id-Dar tal-Kartun
L-istudenti ħasbu fuq in-nies li jgħixu fil-faqar u li m’għandhomx dar. F’dawk li jgħixu f’pajjiżi żviluppati iżda mal-lejl jorqdu fuq xi bankina!
Kienu ħafna l-istudenti li, fis-skiet ta’ din id-Dar tal-Kartun, ħasbu u wara kitbu talba. Fost tant talb, se naqsmu magħkom dawn… “I hope you will find a home soon and a safe place. It’s all going to be ok, don’t worry. I am sending prayers and love your way!”
Xi ħadd, iżda, mar ferm il-bogħod mid-Dar tal-Kartun… Ħsiebu tar il fuq lejn Darna tas-Sema… “I love you and I miss you so much. I hope you’re having a good time in heaven!”
Prayer Spaces: The Cardboard Home
The students thought about the people who live in poverty and who don’t have a home. About people who live in developed countries but at night they sleep on a pavement!
There were many students who, in the silence of this Cardboard Home, thought and then wrote a prayer. From so many prayers, we will share with you these… “I hope you will find a home soon and a safe place. It’s all going to be ok, don’t worry. I am sending prayers and love your way!”
Someone, however, went far away from the Cardboard Home… His thoughts went up to Our Home in Heaven… “I love you and I miss you so much. I hope you’re having a good time in heaven!”
Spazji ta’ Talb – Żigarelli ta’ Ringrazzjament (3)
Żigarelli ta’ kull daqs u lewn…
L-istudenti kienu mħeġġa jiktbu talba ta’ ringrazzjament… Min qal grazzi lil Alla tal-ħajja sabiħa… Xi ħadd xtaq jgħid grazzi kbira lin-nannu tal-ħin li jqatta’ miegħu/magħha… Ħafna qalu grazzi lill-ġenituri/kustodji tagħhom tas-sagrifiċċji li jagħmlu għalihom…
Meta l-istudenti ġew mitluba jiktbu liema kienet l-isbaħ spazju ta’ talb għalihom, xi ħadd kiteb hekk… “Għoġbitni ħafna taż-Żigarelli ta’ Ringrazzjament, għax stajt nikteb dwar l-emozzjonijiet tiegħi b’mod anonimu, bla ma ħadd ikun jaf min jien. Grazzi kbira lill-għalliema kollha li ħadmu u organizzaw din l-attività. Bdejtuli l-ġimgħa bit-tajjeb! xxx”
Prayer Spaces – Thankful Ribbons (3)
Ribbons of all sizes and colours…
The students were encouraged to write a thankful prayer… Who said thank you to God for this beautiful life… Someone wanted to say a big thank you to his grandfather for the time he spends with him/her… Many said thank you to their parents/guardians for all the sacrifices they make for them…
When the students were asked to write what was the most beautiful prayer space for them, someone wrote this… “I liked the thankful ribbons because I can write my feelings anonymously, without anyone knowing who I am. Thank you to all teachers who organised this… You all made my week! xxx”