![](https://i0.wp.com/zejtunmiddlesecondaryschool.com/wp-content/uploads/2022/10/Poeta-Nazzjonali-copy.jpg?fit=847%2C476&ssl=1)
Fl-okkażjoni tal-151 sena anniversarju mit-twelid tal-Poeta Nazzjonali ta’ Malta Dun Karm Psaila, id-Dipartiment tal-Malti fl-iskola tagħna ħejja preżentazzjoni viżiva qasira sabiex tweġġaħ kif jixraq lill-Poeta Nazzjonali tagħna. Dan il-video ntwera waqt il-ħin tal-form teacher bil-għan li l-istudenti fl-iskola tagħna japprezzaw il-kobor ta’ Dun Karm fl-iżvilupp tal-letteratura Maltija u l-ilsien Malti. Nistednukom taraw din il-preżentazzjoni qasira u tħossukhom kburin bil-kobor ta’ Dun Karm Psaila.
Dr Kenneth Grima
Kap tad-Dipartiment tal-Malti