
Spazji ta’ Talb 2025 – ħin għar-riflessjoni
Din il-ġimgħa, is-sala tal-iskola tagħna ħadet xejra kemxejn differenti mis-soltu; mibdula b’mod mill-isbaħ minn sempliċiment kamra tal-eżamijiet għall-post seren u trankwill ta’ talb u riflessjoni. L-istudenti u l-istaff għandhom l-opportunità li jieqfu, ankè jekk imqar għall-mument wieħed, jirriflettu u jinvolvu ruħhom f’waqtiet ta’ talb u kontemplazzjoni.
Prosit tassew lil kull min ħa sehem sabiex dan l-ispazju mimli ispirazzjoni jkun possibbli; verament esperjenza li tmiss il-qalb ta’ kulħadd!
Prayer Spaces 2025—a time for reflection
This week, our school hall was beautifully transformed from an exam room into a peaceful and reflective prayer space. Students and staff have the opportunity to pause, reflect, and engage in moments of prayer and contemplation.
A huge well done to everyone who helped create this inspiring space; it is truly a meaningful experience for all.








9 stazzjonijiet ta’ talb b’mod krejattiv. Mill-10/3 sal-14/3. Għas-7, it-8 u d-9 sena. 26 klassi. Madwar 400 student/a kienu involuti. Sessjoni ta’ 40 minuta
100ijiet ta’ noti… kummenti, talb, riflessjonijiet, ringrazzjamenti, dispjaċir, pożittività, turija ta’ niket, qsim ta’ ferħ, espressjoni ta’ gratitudni f’ambjent ta’ skiet, kwiet u kalma…
Żgur li l-QALB u l-MOĦĦ ta’ ħafna mill-istudenti li daħlu għal din l-esperjenza ltaqgħu u ħabbtu b’ritmu wieħed…
L-ebda riga, termometru jew eżami ma jista’ jkejjel is-‘suċċess’ ta’ din l-attività…
Huwa Alla li kapaċi jaħdem b’mod misterjuż sabiex ikisser il-blat, irattab il-qlub u jibdel l-imħuħ…
Fr Bernard Micallef, li kien magħna tul din il-ġimgħa kollha sabiex jakkumpanja lill-istudenti tagħna fil-mixja tagħhom tul dawn l-ispazji, u aħna, l-għalliema tar-reliġjon, konna biss għodda sabiex dawn l-eżerċizzji setgħu isiru.
Grazzi tmur lil kull min, b’xi mod jew b’ieħor, kien ta’ għajnuna u ta’ sostenn biex dawn l-ispazji ta’ Talb setgħu isiru.
Issa nħallu f’idejn l-istudenti li lqajna fis-sala, tul din il-ġimgħa, sabiex jergħu jgħixu din l-esperjenza fil-kwiet ta’ darhom billi jsibu ħin qasir ta’ talb kuljum.
Tajjeb li ngħidu s-sentenza ‘Grazzi Sinjur Alla u Aħfirli Sinjur Alla’ fit-tmiem ta’ kull ġurnata tagħna.









9 creative prayer stations. From 10/3 to 14/3. For the 7th, 8th, and 9th Year groups. 26 classes. Around 400 students were involved. A 40-minute session.
Hundreds of notes… comments, prayers, reflections, thanksgiving, regret, positivity, signs of sorrow, sharing of joy, expressions of gratitude, in an environment of silence, peace, and calmness…
Surely, the HEART and MIND of many of the students, who took part in this experience met and beat in unison…
No ruler, thermometer, or exam can measure the ‘success’ of this activity…
It is God who is capable of working mysteriously to break the stone, soften the hearts, and transform the minds…
Fr Bernard Micallef, who was with us throughout the entire week to accompany our students on their journey through these spaces, and we, the religion teachers, were only tools for these exercises to take place.
Thanks go to everyone who, in one way or another, helped and supported to make these Prayer Spaces possible.
Now, we leave it in the hands of the students we welcomed into the hall this week, for them to relive this experience in the quiet of their homes by finding a short time for daily prayer.
It is good that we say the sentence ‘Thank you, Lord God, and forgive me, Lord God’ at the end of each of our days.