Practical Home Economics

Matul il-lezzjonijiet tal-Home Economics, l-istudenti jitghallmu dwar is-saħħa u l-ikel li għandna nagħżlu meta nsegwu l-linji gwida tal-pajjiż dwar id-dieta tagħna. Fost dawn insibu li:

  • Għandna nagħżlu ikel varjat, lokali u frisk
  • Nagħmlu użu minn ikel li fih xaħam tajjeb u mhux hażin
  • Nibdlu l-għażla għal saħħa aħjar fejn jidhol ħalib, yoghurts u prodotti tal-annimali
  • Innaqsu zokkor li jkun miżjud waqt il-proċess tal-ikel.

Wara din il-lezzjoni l-istudenti tas-sena 9, bdew l-ewwel prattiku tagħhom billi għamlu crepes tajbin fit-togħma u tajbin għas-saħħa. Użaw ingredjenti bil-għaqal u prattikaw ftit ħiliet bażiċi li l-prattiku jirrikjedi matul is-sena.

Is-Sa. P Vella
Għalliema tal-HE