
Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru, l-istudenti tagħna tal-10 Sena tal-Computing u tal-VET IT Options attendew Playcon: il-wirja ddedikata għall-Video Games li qiegħda ssir kull sena f’Malta. Dan l-avveniment jifforma l-futur tal-video games, kif ukoll juri l-użu tal-video games fit-tagħlim. L-istudenti ħadu sehem f’workshops prattiċi, esperjenzaw l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali u anke daħlu fid-Dinja tas-Simulazzjoni u r-Robotika. Kienet tassew opportunità mill-aqwa għal dawn l-istudenti! Ringrazzjament speċjali jmur lis-Sa M Gafà u lis-Sa P Madiona talli organizzaw din il-ħarġa.
On Thursday 9th October, our Year 10 Computing and VET IT Option students attended Playcon, a Video Games Expo held in Malta. This event shapes the future of video games as well as demonstrates the use of video games in learning. Students participated in hands-on workshops, experienced use of Artificial Intelligence and delved into the World of Simulation and Robotics. It was indeed a great opportunity for these students! A special thanks goes to Ms M Gafà and Ms P Madiona for organising this outing.



