
Illum it-22 ta’ Ġunju hija l-festa ta’ St Thomas More – il-patrun tal-Kulleġġ tagħna. St Thomas More twieled Londra fl-1478, studja u sar avukat u iżjed ‘il quddiem kien ukoll membru parlamentari. Iżda hu minn dejjem kien raġel ta’ ġabra u fidi kbira. L-aħħar kliem tiegħu qabel ġie maqtul kienu “Jiena qaddej tajjeb tar-Re, iżda l-ewwel t’Alla.” St Thomas More huwa l-patrun tat-tfal addottati, avukati, qaddejja, politiċi u taż-żwiġijiet diffiċli.
