Orientation Visit – Mater Dei

Nhar it-Tnejn, 20 ta’ Jannar, grupp ta’ studenti tad-9 Sena pparteċipaw fi żjara edukattiva fl-Isptar Mater Dei, organizzata mill-Guidance Team tal-iskola tagħna. Iż-żjara bdiet b’sessjoni interessanti li tat ħarsa fil-fond lejn diversi karrieri fis-settur tas-saħħa. Aktar tard, l-istudenti żaru d-dipartiment ċentrali tal-isterilizzazzjoni, fejn tgħallmu dwar il-proċess metikoluż ta’ kif jiġi sterilizzat l-apparat tal-isptar. Wara dan, kellhom ukoll introduzzjoni fid-Dipartiment tal-Iġjene Dentali. Nistgħu ngħidu li din iż-żjara kienet esperjenza tajba ħafna li tat lill-istudenti għarfien aktar profond dwar il-professjonijiet varji fi ħdan is-settur tas-saħħa. Grazzi mill-qalb lill-Guidance Team tagħna għall-organizzazzjoni!

On Monday, 20th January, a group of Year 9 students participated in an educational visit to Mater Dei Hospital, organised by our school’s Guidance Team. The visit began with an engaging session that provided valuable insights into various careers within the health sector. Students then toured the Central Sterilisation Services Department, where they learnt about the meticulous process involved in sterilising hospital equipment. This was followed by an orientation at the Dental Hygiene Department. Overall, the visit was highly enriching, offering students a deeper understanding of the diverse professions within the health sector. A special thanks to our Guidance Team for organising this.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *