Iż-żjara tal-istudenti tal-klassi 9 Ruby fl-MSPCA kienet esperjenza inkredibbli, kemm għall-istudenti u kif ukoll għall-għalliema. Wara li t-team tal- MSPCA introduċa lilu nnifsu, l-istudenti kellhom l-opportunità sabiħa li jiltaqgħu ma’ diversi klieb ħelwin. Wieħed seta’ jħoss ħafna mħabba u ħlewwa lejn dawn l-annimali li jinsabu fil-bżonn. Fost il-klieb li ltqagħu magħhom kien hemm Whiskey, Nemo u Jack Sparrow. Ma jistax jonqos il-ħafna ferħ li dawn il-klieb ġabu fost il-grupp. L-istudenti kellhom ukoll iċ-ċans jieħdu sehem f’attività prattika, fejn hum setgħu jipprattikaw it-taħriġ bil-clicker fuq il-kelb Nemo. Din is-sessjoni interattiva mhux biss ġabet tbissim fuq wiċċhom, iżda wkoll fehmu kemm hu importanti li wieħed jieħu ħsieb il-kura tal-annimali u tal-bżonnijiet tagħhom. Il-għodwa kienet mimlija b’ħafna ferħ, tbissim u żgur b’memorji li mhux ser jintesew. Kienet esperjenza tassew sabiħa u ta’ dan aħna nirringrazzjaw lil MSPCA u lis-Sa Louiselle Grech li bis-saħħa tagħhom ġiet organizzata din l-attività.
Both our Year 9 Ruby students and staff had an amazing time during our outing to MSPCA. Students had the amazing chance to meet a number of cute dogs after the MSPCA staff gave their introductions. The students showed our furry buddies in need a great deal of love, kindness and compassion. Jack Sparrow, Nemo and Whisky were just a few of the numerous dogs they encountered. These dogs all added excitement and happiness to the gathering. Additionally, our students got the opportunity to en-gage in a practical exercise by doing clicker training with the dog Nemo. In addition to making them smile, this engaging activity made them realise how important it is to take care of animals and know their requirements. Wagging tails, radiant smiles and unforgettable experiences characterised the morning. Special thanks goes to MSPCA and Ms Louiselle Grech for organising this touching experience for our students.