
The Malta Records bi pjaċir għadha kif ippreżentat rekord nazzjonali ġdid f’pajjiżna.
L-ikbar villaġġ tal-gingerbread mekkanizzat fil-gżejjer Maltin. Tul ta’ 4 metri, wisgħa ta’ 2.63 metri u ntużaw 195 kilo ta’ għaġina.
Dan ir-rekord ingħata waqt open day fl-STMC, Carlo Diacono, Skola Medja u Sekondarja, Żejtun.
Nifirħu lill-istaff tant ħabrieki tal-iskola u l-volontarji li ilhom xhur jaħdmu qatigħ biex din l-attività tkun suċċess.









Għodwa wara r-rekord li The Malta Records bi pjaċir ippreżentat ġewwa skola statali.
L-ikbar villaġġ tal-gingerbread mekkanizzat fil-gżejjer Maltin. Tul ta’ 4 metri, wisgħa ta’ 2.63 metri u ntużaw 195 kilo ta’ għaġina.
Dan ir-rekord ingħata waqt open day fl-STMC, Carlo Diacono, Skola Medja u Sekondarja, Żejtun.
Tajjeb li ngħidu kelmtejn dwar is-sigħat ta’ ħidma mill-istaff tant ħabrieki tal-iskola u l-volontarji li ħadmu qatigħ biex din l-attività tkun suċċess. Nibdew biex, li tiftaħ l-iskola għall-pubbliku f’ġurnata bħas-Sibt ta’ qabel il-Milied diġà hija xi ħaġa li jistħoqqilha kull tifħir. Barra minn hekk, kif jidher fi screenshot ic-chat ma’ membru tal-istaff tal-iskola, dawn l-edukaturi waqt il-vaganzi tas-Sajf kienu diġà qed jiltaqgħu l-iskola u jfasslu l-villaġġ tal-gingerbread.
Xtaqna nieħdu ftit ħin biex aktar inqajmu kuxjenza dwar il-vokazzjoni tal-għalliema u kemm f’pajjiżna hawn għalliema tant dedikati.
Mill-ġdid prosit Skola Medja u Sekondarja Żejtun u nawgurawlkom sena mimlija ġid, saħħa u kuntentizza.




