Prosit kbira lil Amber Camilleri tas-7 Sena li rebħet il-Kompetizzjoni tal-Ortografija, organizzata mid-Dipartiment tal-Malti! Dan hu suċċess kbir li jixhed ix-xogħol u l-ħila tagħha fl-ilsien Malti. Żgur li hu mument ta’ kburija għal Amber, għall-familja tagħha u għall-għalliema li ħeġġu l-imħabba tagħha lejn il-lingwa Maltija. Awguri għall-futur!
