Kif isiru l-pastizzi?

Ilbieraħ l-istudenti tal-Klassi 8 Topaz marru dawra bil-mixi maż-Żejtun flimkien mas-Sur M Cachia, għalliem tal-Istorja u mas-Sur S Lughermo, għalliem tal-Malti. Waqt din il-mawra ħelwa fiċ-ċentru taż-Żejtun, l-istudenti tagħna żaru l-forn tant popolari Roger’s Bakery – Pastizzeria Zejtun magħruf għall-pastizzi delizzjużi tiegħu. Hawn huma ltaqgħu mas-Sur Henry li llum ħa post missieru Roger f’dan in-negozju, li issa ilu miftuħ 80 sena. Is-Sur Henry spjega x-xogħol u l-metodi kif isiru dawn il-pastizzi tant tajbin mimljin bl-irkotta jew bil-pizelli u għal żmien ir-Randan anke bl-inċova. L-istudenti tagħna kellhom ukoll iċ-ċans iduqu dawn il-pastizzi. Minn qalbna nirringrazzjaw lil kull min għamel din il-mawra possibbli!👏