Jobsplaus Talks

Fid-29 ta’ Jannar, kellna l-pjaċir nilqgħu fostna rappreżentanta minn Jobsplus. Is-Sa Spiteri spjegat ir-rwol ta’ Jobsplus fil-komunità tagħna lill-grupp studenti tal-10 u l-11-il Sena. Hija pprovdiet ukoll informazzjoni utli ħafna dwar il-Youth Guarantee Programme, programm imfassal għal adolexxenti li jkunu temmew l-iskola sekondarja iżda għadhom ma ddeċidewx x’ser ikun il-pass li jmiss. Is-Sa Spiteri stiednet lill-istudenti biex jistaqsu mistoqsijiet u għam-let minn kollox biex tnissel tama f’dawk li bħalissa qed jaffaċċjaw mumenti ta’ inċertezza f’ħajjithom. Nirringrazzjaw lis-Sa Spiteri u nittamaw li terġa’ żżur l-iskola tagħna fil-futur qrib u grazzi wkoll lis-Sa Caroline Sammut li ħadet ħsieb torganizza.

👏

On the 29th January, we had the pleasure to welcome a representative from Jobsplus. Ms Spiteri explained the role of Jobsplus in our community, to a group of Year 10 and Year 11 students. She also gave useful details on the Youth Guarantee Programme, which is a programme designed for adolescents who would have finished secondary school but who would still not made up their mind what to do next. Ms Spiteri invited all students to ask questions, and she made sure to instill hope in those students who are currently facing times of uncertainty. We thank Ms Spiteri and hope that she visits our school again in the near future. Special thanks goes to Ms Caroline Sammut for organising this.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *