Zejtun school modernized with an investment of €5 million
Following an investment of €5 million, the Żejtun middle and secondary school within St Thomas More College was not only renovated but a new block was also built for the school’s administration.
The building is equipped with everything necessary and all administrators’ offices are found under one roof.
The Chairman of the Tomorrow Schools Foundation (FTS), Cory Greenland, said that in recent years several floors have been built on the existing blocks and now this new building has been completed.
He said that the process will continue to give students the best possible environment in the educational process.
The Minister for Education Clifton Grima said that the investment in this school will continue in the coming years.
He said that 900 male and female students attend the Żejtun secondary school together with hundreds of teachers who are providing them with the best education, preparing the students not only for work but also for life.
Minister Grima said that the Foundation for Tomorrow’s Schools is currently working on 27 other projects in which an investment of €135 million will be made.
L-iskola sekondarja taż-Żejtun immodernizzata b’investiment ta’ €5 miljun
B’investiment ta’ €5 miljun l-iskola medja u sekondarja taż-Żejtun fi ħdan il-Kulleġġ St Thomas More mhux biss kienet rinovata iżda anke nbena blokk ġdid għall-amministrazzjoni tal-iskola.
F’din il-binja, li hija mgħammra b’dak kollu meħtieġ, hemm l-uffiċini tal-amministraturi kollha miġbura taħt saqaf wieħed.
Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni tal-Iskejjel ta’ Għada (FTS), Cory Greenland, qal li fl-aħħar snin inbnew diversi sulari fuq il-blokok eżistenti u issa tlestiet din il-binja ġdida.
Huwa qal li l-proċess ser ikompli biex l-istudenti jingħataw l-aqwa ambjent possibbli fil-proċess edukattiv.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima qal li l-investiment f’din l-iskola ser ikompli fi snin li ġejjin.
Huwa qal li fl-iskola medja sekondarja taż-Żejtun jattendu 900 student u studenta flimkien ma’ mijiet ta’ għalliema li qed jagħtu l-aqwa edukazzjoni għal preparazzjoni tal-istudenti mhux għax-xogħol biss iżda anke għall-ħajja.
Il-Ministru Grima qal li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada bħalissa għaddejja b’27 proġett ieħor li fihom ser isir investiment ta’ €135 miljun.