
Nhar it-Tnejn 4 ta’ Diċembru, 2023, l-istudenti tal-klassi 7 Coral żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur. Immexxija mis-Sur Paul Gatt, l-istudenti ġew murija preżentazzjoni dwar l-ilbies tradizzjonali Malti u l-proċess li bih kien isir mill-qoton. Huma kellhom ukoll l-opportunità li jarmaw żewġ manikkini bl-ilbies tradizzjonali: tan-nisa u tal-irġiel. L-istudenti ġew murija lbiesi differenti ta’ perjodi u klassijiet soċjali differenti kif ukoll esebizzjoni tal-ilbiesi tat-tieġ.













Billi kien Diċembru, l-istudenti ingħataw l-opportunità li jaraw wirja ta’ presepji u tkellmu dwar it-tradizzjonijiet Maltin tal-Milied. Wara brejk qasir, l-istudenti għamlu reċta qasira li fiha interpretaw il-każ ta’ Ignazio Muscat meta deher quddiem l-Inkwiżitur. Fl-aħħar, is-Sur Gatt dawwarhom iċ-ċelel tal-palazz u kellimhom fost l-oħrajn dwar l-importanza storika tat-tnaqqix mal-ħajt li kienu jsiru mill-ħabsin tal-post.









Lura l-iskola, l-istudenti ħadmu flimkien u ħolqu ċart bl-ilbies tradizzjonali Malti.





Is-Sa. Kelly Saliba
Għalliema tal-malti