It-tieni term skolastiku kien wieħed tassew impenjattiv għad-Dipartiment tal-Home Economics. Filwaqt li l-aspett tal-prattiku ma jonqos qatt, kien hemm gruppi li għamlu lezzjonijiet iddedikati dwar first aid u oħrajn marru madwar iż-Żejtun biex jinvestigaw l-ambjent tar-raħal, kemm dawk l-aspetti tajbin, kif ukoll dawk li għandhom bżonn xi tibdil għall-aħjar.
Ġurnata fost l-oħrajn, l-istudenti tal-10 Sena żaru l-lukanda Radisson Golden Sands biex josservaw bnadi differenti ta’ din il-lukanda fosthom ir-reception, kċejjen, kmamar, l-parti ta’ barra tal-lukanda u s-sistemi tas-sigurtà.
F’kull okkażjoni l-istudenti jitgħallmu u jieħdu gost. Esperjenzi bħal dawn jgħinu biex ikollhom kwalità ta’ ħajja tajba, itejbu l-ħiliet tagħhom u jieħdu ħsieb ukoll il-madwarhom. Prosit u komplu sejrin hekk!![]()

The second scholastic term was extremely busy for the Home Economics Department. Some groups focused on first aid, while others explored Żejtun’s environment, identifying both positive and negative factors for development.
On one particular day, Year 10 students went to the Radisson Golden Sands hotel to observe various aspects of the company, such as the reception, kitchens, rooms, outdoor areas and security systems.
Students always learn while having fun. These kinds of experiences help kids enhance their abilities, have a better quality of life and become more aware of their environment. Keep up the sterling work!![]()
