Fantastic Hands-On Learning Experience

Attività differenti għall-Klassi 10 Jade! Matul dawn l-aħħar lezzjonijiet tal-Matematika, l-istudenti ħadmu fuq il-kalkoli u kwantitajiet tal-ingredjenti u l-ispejjeż tagħhom billi poġġew il-ħiliet tagħhom fil-prattika tal-ħajja reali. Dan imbagħad ġie segwit minn Form Teacher b’differenza, fejn l-istudenti ġabru kollox flimkien biex jippreparaw kannoli friski mimlijin bl-irkotta u bil-frawli, pistaċċi, biċċiet taċ-ċikkulata, Oreo u coconut, fost oħrajn. Esperjenza prattika mill-aqwa li għaqqdet il-Matematika, il-ħidma f’tim u l-kreattività! Prosit lil kull min kien involut u grazzi speċjali lill-għalliema tal-Matematika s-Sa Sarah Jane Vella u lill-Form Teacher is-Sa Petrina Vella talli għamlu dan possibbli!💪👏

A different kind of activity for 10 Jade! During their previous Maths lessons, students worked on calculating ingredient quantities and costs; putting their numeracy skills into real-life practice. This was then followed by a Form Teacher period with a twist, where students brought everything together to prepare fresh kannoli filled with ricotta and with strawberries, pistachios, chocolate chips, Oreo and coconut, amongst others. A fantastic hands-on learning experience combining Maths, teamwork and creativity! Well done to everyone involved and a special thanks to Ms Sarah Jane Vella (Maths teacher) and Ms Petrina Vella (Form Teacher) for making this possible!👏💪

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *