L-istudenti tad-9 sena tal-KTI kellhom ħarġa edukattiva marbuta mal-Esploraturi tal-Ambjent tal-Aġenzija Żgħażagħ fejn marru mixja fir-raħal sabiħ ta’ Ħad-Dingli u għamlu clean-up sal-Buskett. Matul din l-esperjenza, kellhom l-opportunità jaraw u jidentifikaw pjanti u siġar endemiċi kif ukoll dawk invażivi, waqt li gawdew in-natura f’din il-ġurnata sabiħa. Grazzi kbira lil James minn Aġenzija Żgħażagħ ta’ din il-ġurnata memorabbli u ta’ tagħlim! 🌿🌞
The Year 9 KTI students had an educational outing linked to Esploraturi tal-Ambjent programme organised by Aġenzija Żgħażagħ. They went on a walk through the beautiful village of Ħad-Dingli and carried out a clean-up activity all the way to Buskett Gardens. During this experience, they had the opportunity to observe and identify endemic as well as invasive plants and trees, while enjoying nature on this lovely day. A big thank you to James from Aġenzija Żgħażagħ for this memorable and educational day! 🌿🌞






