Erasmus+ Students Mobility from Pesaro

Bejn is-17 u l-20 ta’ Novembru, l-iskola tagħna bi pjaċir laqgħet grupp studenti Taljani mill-ICS L. Pirandello f’Pesaro, bħala parti mill-programm Erasmus+. Dawn l-istudenti kienu akkumpanjati minn tliet edukaturi, fejn wieħed minnhom ħa sehem f’esperjenza ta’ Job Shadowing matul iż-żjara tagħhom fostna.

Matul il-ġurnata tagħhom magħna, huma ngħataw tour sħiħ tal-iskola, flimkien ma’ preżentazzjoni dwar is-Sistema Edukattiva Maltija u l-operat ta’ kuljum tal-iskola tagħna. Huma kellhom ukoll l-opportunità jgħaddu tagħrif interessanti dwar il-villaġġ, l-iskola tagħhom u anke riċetti tradizzjonali.

Il-grupp ingħaqad mal-istudenti tal-10 Sena għat-trekking ta’ 6km bejn ix-Xemxija u Selmun. Dawn l-istudenti ħadu sehem f’diversi lezzjonijiet tal-Options, tal-lingwi u ta’ suġġetti vokazzjonali. Ma nistgħux ma nsemmux l-ħin mill-aqwa li huma għaddew jitħaddtu flimkien u naturalment doqna ikel tipiku u bnin minn Pesaro.😋

Żgur li din l-esperjenza tat lil dawn l-istudenti l-opportunità jipprattikaw l-Ingliż: iż-żjara tagħhom ġabet magħha mumenti sbieħ ta’ tagħlim u konnessjoni li ġew apprezzati minn kulħadd.❤

Between the 17th and 20th of November, our school had the pleasure of hosting an Erasmus + student mobility group of Italian students from ICS L. Pirandello in Pesaro, Italy. They were accompanied by three educators, one of whom took part in a Job Shadowing experience during their stay.

During their visit, our guests enjoyed a full tour of the school, along with a presentation about the Maltese Educational System and our school’s day-to-day operations. They also had the opportunity to share an engaging presentation of their hometown, their school, and a traditional recipe with some of our students.

The group joined the Year 10 group on their 6km trekking experience between Xemxija and Selmun, participated in various Option, language, and vocational lessons, and spent quality time connecting with our students; complete with a taste of delicacies from Pesaro.😋

Apart from allowing these students to practice their English language skills, their visit brought wonderful moments of learning and connection that were appreciated by all.❤

@icsluigipirandellopesaro

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *