Educational Visit to Esplora

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Marzu, l-istudenti tal-Klassijiet 8 Coral, Diamond u Garnet irħewlha lejn il-Kalkara sabiex iżuru l- @esploramalta bħala parti mill-istudju tagħhom tal-Ġeografija🌍. Tul din iż-żjara, l-istudenti setgħu jaraw u jifhmu aħjar xi jkun qiegħed jiġri waqt żbroff ta’ vulkan🌋. Ġabru informazzjoni dwar kif jista’ jinbena bini li jiflaħ għat-terramoti u kellhom iċ-ċans jaraw tromba tar-riħ🌪. Tgħallmu wkoll kif jintuża r-riħ u l-importanza tiegħu fl-ibburdjar, fost ħafna affarijiet oħra. Ma jistax jonqos li waqt din iż-żjara l-istudenti żaru l-planetarju💫 u tgħallmu iżjed dwar l-ispazju u t-teknoloġija. Kienet ġurnata speċjali għaliex kellhom iċ-ċans ikunu astronawti👩‍🚀 fejn ippruvaw jiġbru oġġetti b’idejn robotiċi, jgħixu ġewwa spaceship u jiskopru l-importanza tal-astrobotanika🚀. Grazzi speċjali lis-Sa A Calleja Jones li organizzat din l-attività u qasmet magħna dawn ir-ritratti u informazzjoni.

On Friday 1s of March our Year 8 Coral, Diamond and Garnet students left school to Kalkara for an educational visit to Esplora as part of their Geography🌍study. Here stu-dents were able to see and understand how and what happens when a volcano🌋 erupts, how to build earthquake resistant buildings, seeing a life tornado🌪 and how winds are used and why they are important for sailing and much more. Adding to this, they also visited the planetarium💫 to learn about space and technology. They were also astronauts👩‍🚀 for the day where they had to try to collect objects with robotic hands, try to live in a spaceship and about astrobotany 🚀and its importance. A special thanks goes to Ms A Calleja Jones for organising this excursion and for sharing these pictures and information.

@esploramalta